FAQ’s referendum u Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali 11 t’April 2015

Min jista jivvota ghall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tal-11 t’April 2015?


Dawk li se jkunu għalqu sittax-il sena sa l-10 t’April 2015 (lejlet l-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali) se jkunu eliġibbli li jivvutaw għall-Elezzjonijiet tal-Kunsilli lokali tal- 11 t’April 2015. 

Il-Kummissjoni Elettorali ppubblikat Reġistru Elettorali gdid tal-Kunsilli Lokali, li qed jinkludi fih dawk li se jagħlqu s-sittax il sena sa l-10 t’April 2015, kull tibdil ta’ indirizz sal-15 ta’ Jannar 2015, kull inklużjoni oħra ta’ persuni li jkunu akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija u applikaw għall-karta tal-identita’ ġdida sal- 15 ta Jannar 2015, u cittadini ta’ l-Unjoni Ewropeja li ghandhom karta ta’ l-identita’ Maltija.

Sabiex persuna tiċċekkja jekk isimha jidhirx fir-Reġistru Elettorali tal-Kunsilli Lokali, tista’ tivverifika direttament fuq il-website tal-Partit:   http://www.maltastar.com/view/information/electoral-register

Tista’ wkoll iċċempel fuq 20901528 jew 20901530 jew Freephone 80072202 sabiex inkunu nistgħu nagħtuhom l-assistenza neċessarja fuq ir-Reġistru Elettorali.

****************************************

Meta u kif se jaslilna d-dokument tal-vot?

It-tqassim bieb, bieb tad-dokumenti tal-votazzjoni qed isir mill-pulizija u se jkompli sejjer sa l-Erbgha 18 ta’ Marzu 2015. Il-ħin tat-tqassim huwa mid-9.00am sas-1.00pm u jkompli mit-2.30pm sat-8.00pm. Importanti li f’kull residenza jkun hemm persuna adulta sabiex tkun tista’ tirċievi d-dokument tal-votazzjoni.

Wara din il-fażi, dawk li jkunu għadhom ma ġabrux il-vot,  ikunu jistgħu jagħmlu dan billi jmorru personalment ġewwa l-Għassa tal-Pulizija tal-lokalita’ tagħhom mis-26 ta’ Marzu sas-Sibt 4 t’ April 2015.

Fl-aħħar ġimgħa, dawk li jkunu għadhom ma ġabrux il-vot, jistgħu jagħmlu dan mill-Ufficcju tal-Kummissjoni Elettorali, Trade fair grounds Naxxar jew mill-Uffiċċju ta’ l-ID cards, ir-Rabat Għawdex, mit-Tnejn 6 t’ April sal-Ħamis 9 t’ April f’nofs il-lejl. Importanti li jkollhom il-karta ta’ l-identita’

****************************************

Min ma jistax imur jiġbor il-vot minħabba anzjanita’ jew problema ta’ mobilita’ x’jista’ jagħmel?

Dawk il-persuni li għandhom problema ta’ mobilita’ jew anzjanita’ u li jixtiequ li jitwasslilhom id-dokument tal-vot fir-residenza fejn qed jgħixu, għandhom jikkuntattjaw lill-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Laburista fuq 20901528 jew 20901530 jew fuq Freephone 80072202 u aħna nagħmlulhom l-arranġamenti meħtieġa mal-Kummissjoni Elettorali sabiex iwasslulhom id-dokument tal-Vot fir-residenza fejn qegħdin, bejn it-Tnejn  6 t’ April u l-Ħamis 9 t’ April f’nofs il-lejl. Importanti li jkollhom il-karta ta’ l-identita’ magħhom.

****************************************

Min se jkun imsiefer jew rikoverat l-isptar nhar jum il-votazzjoni, jista’ jivvota?

Il-Kummissjoni Elettorali se tagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex dawk il-persuni li se jkunu imsefrin nhar Jum il-Votazzjoni tal- 11 t’ April  2015, ikunu jistgħu jivvutaw ġimgħa qabel (Advance Voting), iġifieri nhar is-Sibt 4 t’ April 2015, mis-7 ta’ filgħodu sal-10 ta’ filgħaxija, ġewwa l-Counting Hall in-Naxxar Trade Fair Grounds.

Dawk il-persuni interessati jridu jieħdu ġurament fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali Evans Building Valletta jew ir-Rabat Għawdex, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mit-8am sas-2pm u mit-3pm sas-7pm; u s-Sibtijiet u l-Ħdud mit-8am sas-1pm. L-aħħar data u ħin li jistgħu japplikaw huwa l-Ġimgħa  3 t’ April 2015 f’nofsinhar.

F’każ ta’ diffikulta ċempel l-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Laburista fuq 21249900 jew freephone 80072202.

****************************************

Min għandu l-vot tiegħu reġistrat Għawdex, jista’ jiġbor id-dokument tal-vot minn Malta, u fejn ser jivvota?

Il-Kummissjoni Elettorali se tagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex dawk il-persuni reġistrati Għawdex ikunu jistgħu jiġbru d-dokument tal-votazzjoni mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Trade Fair grounds Naxxar.

L-istess japplika għal dawk reġistrati Malta u jixtiequ jiġbru d-dokument tal-votazzjoni mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni r-Rabat Għawdex.

Tista tagħmel din it-talba dirett lill-Kummissjoni Elettorali billi tibgħat email lill-Kummissjoni Elettorali fuq [email protected] bid-dettalji u t-talba biex tiġbor id-dokument minn Malta/ Għawdex. Tista’ wkoll timla l-formola provduta mill-Kummissjoni Elettorali billi tagħmel download minn fuq  http://www.electoral.gov.mt/getresource.aspx?id=122 u tibgħat il-formola lill-Kummissjoni Elettorali.   F’każ ta’ diffikulta tista’ tikkuntattja lill-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Laburista permezz ta’email  fuq [email protected] jew iċċempel 20901528, jew freephone 80072202.

Biss, dawk il-persuni li huma reġisrati Għawdex iridu jivvotaw nhar il-11 t’April 2015 ġewwa l-gżira t’Għawdex fil-post tal-votazzjoni indikat fuq id-dokument tal-vot

****************************************

F’Jum il-votazzjoni, min huma dawk li jistgħu jaqbżu l-kju biex jivvotaw?

Dawk il-persuni li għalqu l-75 sena, jew li jinġiebu fuq stretchers, jew mill-isptarijiet jew istituzzjonijiet ta’ djar ta’ l-anzjani, għandhom jitħallew jaqbżu l-kju f’kull ħin tal-votazzjoni.

Persuni li jippreżentaw il-Kartanzjan u li ma għalqux il-75 sena, jitħallew jaqbżu l-kju bejn is-1.00pm u l-5.00pm.

Dawk il-persuni morda li ma jistgħux joqogħdu fil-kju, jrid ikollhom ċertifikat tat-tabib sabiex jitħallew jaqbżu l-kju wara s-1.00pm. L-istess faċilita’ tingħata wkoll lil dawk il-persuni li għandhom il-karta tal-identita’ tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’.

Iżda, wara kull persuna minn dawk imsemmija qabel, li jkunu talbu l-assistenza tal-Assistenti Kummissjonarji Elettorali biex jivvutaw, għandhom jitħallew jidħlu jivvutaw għaxar votanti li m’għandhomx bżonn ta’ assistenza.

Il-ħin tal-votazzjoni se jkun bejn is-7.00am u l-10.00pm.

Importanti li tieħu d-dokument tal-votazzjoni miegħek.

Louis Gatt
Uffiċċju Elettorali
Partit Laburista